Ambjent Edukazzjoni Lokali

Proġett li la huwa universita’ u l-anqas Amerikan

Il-proposta kontroversjali tal-gvern li jagħmel universita ġdida f’Marsaskala b’investiment barrani qed tiġi kkritika minn diversi aspetti u opinjonisti involuti fis-settur tal-edukazzjoni.

Il-professur u lecturer fl-Universita ta’ Malta Mark Anthony Falzon esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-Universita Amerikana ta’ Malta f’artiklu fThe Sunday Times li intitolah The American who went to Malta.

Il-Professurr Falzon rrifera għal dan il-proġett bħala ‘non American’ u ‘non university’ u sostna li li n-non American u n-non University mhix investiment fl-edukazzjoni u lanqas se twassal biex minnha jibbenefikaw in-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta.

Hu qal li dan hu proġett li se jwassal biex tittieħed biċċa art, liema proġett il-Prim Ministru qed jgħattih bil-wegħda ta’ Park Naturali Nazzjonali.

Dan hu l-mod kif il-gvern qed jipprova jbiegħ dan il-proġett fejn il-gvern qed jgħid lin-nies li l-flus mill-Ġordan u l-intelliġenza tal-Universita De Paul se jinżlu man-nies ta’ Marsaskala u n-naħa t isfel ta’ Malta.

Fl-aħħar jiem bdew jiġu żvelati dettalji kontroversjali dwar dan l-proġett. Eżempju l-Prim Ministru Joseph Muscat,qatt ma qal li DePaul University mhi se tiftaħ l-ebda kampus f’pajjiżna. Dan ġie żvelat waqt il-programm Tagħna Lkoll fuq Radio 101 meta l-preżentatur ċempel lill-kelliema ta’ De Paul University li ċaħdet li l-Universita’ se tiftaħ campus f’Malta.

Mark Anthony Falzon fl-artiklu issostni li din hi gidba kbira għaliex il-mod kif qed tkun ippjanata l-universita, dawk inolvuti jżommu l-prvileġġi għalihom. Dan seħħ f’pajjiżi barranin fejn l-investiment u l-ġid baqa kkonċentrat biss fiż-żona fejn inħoloq.

Fl-artiklu tiegħu Mark Anthony Falozn iwieġeb lill-opinjonisti li qed jgħidu li din l-universita ġdida se ttejjeb il-livell tal-Universita ta’ Malta għaliex tidħol il-kompetizzjoni u jsostni li l-universita f’Marsaskala mhix se tbiddel is-sitwazzjoni fl-Universita ta’ Malta.

L-artikolist isostni li l-Universita ta’ Malta ma tistax tiġi akkużata li għandha monopolju għaliex tgħin lill-istudenti jistudjaw u jiksbu opportunitajiet barra minn Malta. Falzon isostni li l-aħħar ħaġa f’moħħ il-lecturers Maltin huma li jaħdmu f’kunċett ta’ monoplju.

Fl-audio tista’ tisma t-telefonata li għamel il-preżentatur David Thake li jmexxi l-programm ‘Tagħna Lkoll’ fuq Radio 101 lil kelliema tad-De Paul University