Lokali

Simon Busuttil iżur il-maratona ta’ Puttinu

Il-fatt li din is-sena l-maratona ta’ Puttinu ħabtet ma’ Jum l-Omm kellha sinjifikat speċjali partikolarment għal dawk l-ommijiet li qed jieħdu ħsieb tfal morda.

Kienu proprju dawn il-ġenituri ċ-ċentru tal-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Simon Busuttil meta llum waranofsinhar żar il-maratona ta’ Puttinu fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni żar il-maratona ta’ Puttinu flimkien ma’ Kristina Chetcuti li tkellmet dwar kif, fil-ħidma tagħha bħala ġurnalista, iltaqgħet mill-qrib mal-familja ta’ Leah Xuereb li ftit ilu tilfet il-ġlieda tagħha mal-marda tal-kanċer.

Simon Busuttil ta’ wkoll donazzjoni lil Puttinu f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Matul iż-żjara tiegħu Simon Busuttil kellu l-opportunita li jiltaqa’ mal-voluntiera li għal dawn l-aħħar xhur kienu qed jaħdmu biex għal sena oħra din il-maratona tkun suċċess.