Internazzjonali

Tarbija tat-twelid abbandunata fi triq f’Napli

Il-Pulizija f’Napli fetħet investigazzjoni biex issib l-omm ta’ tarbija tat-twelid li tħalliet ħdejn skip.
It-tarbija nstabet fiz-zona ta’ Calvizzano mgeżwra f’xugaman. Il-Pulizija qalet li kollox jindika li t-tarbija twieldet ftit qabel ma kienet abbandunata. It-tifla issa tinstab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba wara li ndunat biha mara li semgħet il-biki tat-tarbija.