Omm ta’ 42 sena minn dejjem emmnet fis-sħaħar u l-ħlejjaq tal-maġija imma issa qed tisħaq li għandha l-prova li dawn jeżistu.
Lisa Wildgoose kienet qed tieħu r-ritratti f’bosk f’Northampton, fl-Ingilterra, meta ġibdet ritratt li fih tidher xi ħaġa ħajja ttir u bil-ġwienet, u li l-omm qed tgħid li meta jitkabbar, dan l-oġġett jidher li għandu xagħar bjond u żraben ileqqu.
Il-mara hi fanatika tal-persunaġġ tal-maġija Tinkerbell, u qalet li tixtieq ħafna li dik li dehret fir-ritratt tkun propju din il-ħlejqa anke jekk, sostniet, ma tafx jekk Tinkerbell tilbisx par qalziet bħal ma dehret dik fir-ritratt. L-omm qalet li kienu uliedha, tewmin bniet, li nsistew magħha li dik li dehret fir-ritratt ma kinitx insett imma fatata.
//= $special ?>