Illum fi Triq il-31 ta’ Marzu f’Ħal Għargħur tliet karozzi ħadu n-nar.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-siegħa u kwart ta’ wara nofs in-nhar meta karozza ħadet in-nar u ftit wara żewġ karozzi li kienu fil-qrib ħadu n-nar ukoll.
Karozza minnhom soffriet ħsara estensiva filwaqt li t-tnejn l-oħra nqerdu għal kollox.
Il-karozzi nvoluti kienu Fiat Punto, Suzuki Vitara u Dodge Calibre.
In-nirien kienu kkontrollati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.
//= $special ?>