Internazzjonali

Attakkat vapur Tork barra l-kosta Libjana

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Tork ħabbar li bastiment tal-merkanzija Tork, it-Tuna-1, kien attakkat hekk kif kien qed joqrob lejn il-port ta’ Tobruk fil-Libja. L-awtoritajiet Torok qalu li hekk kif il-vapur imbagħad beda jdawwar ir-rotta, dan reġa’ kien attakkat mill-ajru.

Fl-attakk baħri abbord il-vapur inqatel u membri oħra tal-ekwipaġġ indarbu. Il-każ seħħ il-Ħadd. Il-Ministeru Tork insista li meta seħħ l-attakk, il-vapur kien f’ibħra internazzjonali.