Boris Johnson, is-Sindku ta’ Londra, hu inkluż fil-Kabinett tal-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, b’numru ta’ deputati nisa wkoll jingħataw id-dekasteri importanti.
Cameron ħabbar li Johnson, li għadu kemm ġie elett fil-kostitwenza ta’ Uxbridge, se jkun qed jattendi l-laqgħat tal-Kabinett. Madankollu, Johnson m’għandux rwol ministerjali u b’hekk ikun jista’ jiddedika l-attenzjoni xierqa lir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Sindku ta’ Londra. Hu minnu wkoll li Johnson fadallu sena waħda biss bħala Sindku.
L-eks-Segretarju għall-Kultura, Sajid Javid, hu s-Segretarju ġdid għall-Kummerċ fil-Kabinett ta’ Cameron u fejn ħa post il-Liberali Demokratiku, Vince Cable, li kellu l-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin u li din id-darba ma kienx elett. Intant, John Whittingdale se jieħu post Javid bħala Segretarju għall-Kultura.
Il-Prim Ministru Cameron qed jaħseb biex sa terz tal-membri tal-Kabinett ikunu nisa, b’Amber Rudd tilħaq bħala Segretarju responsabbli għall-Enerġija u l-Bidliet fil-Klima ( minflok l-eks-Segretarju Ed Davey tal-Liberali Demokratiċi). Intant, Priti Patel hi s-Segretarju ġdid għall-Impjiegi (Xogħol) u se tkun qed tattendi l-laqgħat tal-Kabinett f’Londra. Mara oħra inkluża fil-Kabinett ta’ Cameron hi Anna Soubry, li għadha kemm kienet ikkonfermata bħala Segretarju bir-responsabbilta għan-Negozji ż-Żgħar.
//= $special ?>