Nigel Farage se jkompli bħala l-Kap tal-UKIP wara li dan il-partit radikali ma aċċettax ir-riżenja tiegħu.
Farage, fl-aħħar jiem, qal li kellu ‘jispiċċa minn Kap’ wara li ma kienx elett fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar il-Ħamis fir-Renju Unit. Madankollu, il-partit tiegħu irrefera ‘għall-provi sostanzjali’ li l-partitarji tal-UKIP ma jridux li Farage jitlaq, ‘għaldaqstant hu (Farage), issa, iddeċieda li jibdel fehmtu u jirtira r-riżenja’.
Il-UKIP rebaħ 13 fil-mija tal-vot fl-elezzjoni ġenerali u tella deputat wieħed, Douglas Carswell, li baqa’ jżomm il-kostitwenza ta’ Clacton.
//= $special ?>