Kurżitajiet

FILMAT: Ħanżir f’ħanut f’Hong Kong

Filmat minn Hong Kong fejn is-saqaf ta’ ħanut ta’ ħwejjeġ tat-tfal sfronda bil-piż ta’ ħanżir selvaġġ wara li dan irnexxielu jidħol f’ċentru kummerċjali fid-distrett ta’ Chai Wan.
Il-ħanżir jiżen madwar 25 kilogramma u wara diversi siegħat jippruvaw jaqbduħ, il-Pulizija imbagħad ħaduħ lejn ċentru tal-annimali beix jerġa’ jinħeles fl-ambjent naturali tiegħu.
Każi simili m’humiex daqstant rari f’Hong Kong fejn minkejja hemm konċentrazzjoni kbira ta’ nies igħixu fuq medda art żgħira – madwar 6,300 persuna għal kull kilometru kwadru – 40 fil-mija tal-art f’Hong Kong hi allokata għall-ġonna u riservi naturali.