L-attakkant Brażiljan ta’ Naxxar Lions Gilmar da Silva Ribeiro ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb bi tliet snin oħra.
Minkejja dan, it-Team Manager ta’ Naxxar Lions David Vella ħabbar li Gilmar qed ifittex sfidi ġodda u għalhekk l-estensjoni tal-kuntratt mhux bilfors tfisser li l-attakkant se jibqa’ mal-klabb.
Filfatt il-prestazzjonijiet mill-aqwa tal-attakkant ta’ 25 sena, li din is-sena skurja ħdax-il gowl, qanqlu interess qawwi fil-plejer, b’mod speċjali miċ-champions Hibernians li huma favoriti li jiksbu l-firma tal-plejer.
Madankollu l-estensjoni tal-kuntratt tfisser li min irid jakkwista lill-plejer irid l-ewwel jiddiskuti u jilħaq ftehim ma’ Naxxar Lions.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

