Internazzjonali

Jarrestawh wara li nqabad fuq filmat qed isawwat tifel żgħir

Il-Pulizija fil-provinċja Ċiniża ta’ Shaanxi arrestat raġel li allegatament attakka għal xejn b’xejn lil tifel ta’ sentejn li nzerta fuq bankina.

Filmat li nġibed minn kamera tas-sigurta wera lir-raġel qed jagħti bis-sieq lit-tifel fl-inħawi ta’ Luochuan, fost l-għadab kbir taċ-Ċiniżi. F’ħin minnhom ir-raġel anki jidher qed jaqbad xkupa u jużaha biex isawwat lit-tifel għal xi 30 sekonda.

L-attakk bla sens sar l-aktar kwistjoni taħraq fuq il-media soċjali, b’ħafna nies jikkummentaw biex jikkritikaw lin-nies li għaddew mill-inħawi u ma għamlu xejn ‘biex iwaqqfu l-moħqrija’.

It-tifel sofra sfreġju fl-iskutella ta’ rasu b’konsegwenza tal-attakk iżda mhux fil-periklu li jitlef ħatju.

L-aggressur, li spiċċa arrestat aktar tard, għandu kunjomu ‘Wang’ u mifhum li għandu 28 sena. Hu allegat li l-istess raġel qed ibati bi problemi mentali.