Lokali

Jittellgħu l-poloz tas-Semi Finali tal-FA Trophy

Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tas-Semi Finali tal-FA Trophy, bl-iktar logħba li tpisikka tkun dik ta’ nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju fil-17:00 bejn Valletta u Birkirkara.

L-għada, nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju fil-17:00 jiltaqgħu iċ-champions Hibernians kontra Qormi. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Ir-rebbieħa tas-Semi Finali, li tintlagħab fuq leg wieħed, jiltaqgħu kontra xulxin nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju.