Is-sitwazzjoni tal-goalkeeper Yenz Cini għadha nċerta hekk kif il-kuntratt tiegħu ma’ Valletta skada.
F’kumment fuq Facebook, il-goalkeeper żagħżugħ li din is-sena kien misluf lil Gudja United, ħabbar li ma jaħsibx li se jiġi offrut kuntratt ġdid.
Dan fid-dawl li l-goalkeeper Pietro Marino ffirma estensjoni ta’ sentejn u Nicky Vella għad fadallu 4 snin oħra kuntratt.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

