Il-grupp mużikali “The New Victorians” produċa l-ewwel vidjow mużikali tiegħu bl-isem “Keep Me In Love” meħud mill-album ġdid tagħhom li se jkun qed jitħabbar iktar tard dan ix-xahar.
Il-produzzjoni u d-direzzjoni tal-vidjow kienet immexxija minn Malcolm Debono, u miġbud fi tliet postijiet differenti.
Il-grupp “The New Victorians” beda l-mixja mużikali f’Diċembru 2011 bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-international Alchemy Songwriting Competition, fl-Istati Uniti, fejn kienu dikjarati rebbieħa tas-sezzjoni taż-żgħażagħ.
Minn hemm ‘il quddiem baqgħu jżidu fil-popolarita’ tagħhom, bis-sehem tagħhom fl-Orkestra Nazzjonali u f’numru ta’ kunċerti u festivals.
Bħalissa, il-grupp jikkonsisti f’5 membri u se jkunu qed iniedu l-album ġdid tagħhom waqt l-Earth Garden festival, fit-Teatru Grieg, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.
//= $special ?>