Futbol Sport

Tintemm avventura ta’ tliet snin għal Trayo Grozev ma’ St. Andrew’s

L-attakkant Bulgaru ta’ 31 sena Trayo Grozev irritorna lura f’pajjiżu u ħabbar li mhux se jkompli jilgħab għal St. Andrew’s.

B’hekk tintemm avventura ta’ tliet snin ma’ St. Andrew’s, li matulhom skurja iktar minn 80 gowl. Dan l-istaġun, Trayo skurja seba’ gowls f’sitt logħbiet fl-FA Trophy u għaxar gowls fil-kampjonat.

Mistoqsi minn Replay, Trayo qal li diġa’ għandu offerti minn Ċipru u l-Greċja, imma mhux jeskludi li jirritorna Malta jekk ikollu din l-għażla.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).