Lokali

Tliet ħaddiema l-isptar wara li waqa’ fuqhom materjal tal-kostruzzjoni

Tliet ħaddiema barranin sofrew ġrieħi ħfief wara li xibka tal-ħadid li tintuża biex jingħata s-saqaf waqgħet wara li kienet qed tittella’ fuq saqaf f’Pender Gardens, f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm, bil-ħaddiema jispiċċaw maqbuda taħt ix-xibka u materjal ieħor ta’ kostruzzjoni.

Il-ħaddiema ġew salvati minn taħt it-tifrik u ttieħdu lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġew ċertifikati li qed iġarrbu biss ġrieħi ħfief.