Opportunita’ internazzjonali għall-plejers tal-Under 11 ta’ Pieta’ Hotspurs u tal-Justin Haber Academy Brooklyn Borg u Nathan Cope.
Borg u Cope ġew mistiedna biex jitħarrġu fl-Academy of Light ta’ Sunderland AFC bejn it-Tnejn 11 ta’ Mejju u s-Sibt 16 ta’ Mejju. Huma se jipparteċipaw f’numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ kif ukoll medical u fitness tests.
Din l-opportunita’ għal Borg u Cope waslet wara li ħallew impressjoni tajba mal-kowċ Steven McClarence waqt Carnival Training Week organizzata mill-Justin Haber Academy.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

