Lokali

Aktar minn 3,500 inċident tat-traffiku fl-ewwel 3 xhur tal-2015

Matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena kien hemm żewġ inċidenti tat-traffiku fatali. Dan ħareġ minn statistika tal-NSO , l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Jirriżulta li fl-ewwel kwart tas-sena seħħew 3,572 inċident tat-traffiku żieda ta’ 10.1% fuq l-istess xhur tas-sena l-oħra. L-akbar ammont ta’ inċidenti ġew reġistrati f’B’Kara, Gżira, l-Ħamrun, l-Imsida, Pembroke, Tal-Pieta’ f’ Ħal Qormi, San Giljan, San Gwann, Santa Venera, Tas-Sliema, is-Swieqi u Ta’ Xbiex.

L-akbar ammont ta’ inċidenti seħħew il-Ġimgħa b’total ta’ 564 inċident. L-ogħla rata ta’ inċidenti ġraw f’B’Kara b’283 każ imbgħad fil-Marsa u f’Ħal Qormi, b’208 u b’174 inċident rispettivament.

Mill-istatistika tal-NSO ħareġ wkoll li mit-3,572 inċident, 33 persuna li kienu passiġġier f’vettura jew inkella li kien għaddejin fit-triq sofrew feriti serji kawża ta’ inċident tat-traffiku. 120 sofrew ġrieħi ħfief u għal passiġġier u persuna li fil-ħin tal-inċident kien fit-triq, tilfu ħajjithom.​