It-Taljan Davide Formolo ta’ 22 sena kiseb l-ewwel rebħa fil-karriera professjonali qasira tiegħu meta rebaħ ir-raba’ tappa tal-Giro d’Italia.
Formola attakka waħdu qabel l-aħħar tela’ 13km mit-tmiem u kompla kabbar il-vantaġġ fin-niżla sat-tmiem f’La Spezia fejn daħal waħdu.
Fi tmiem tappa ta’ 150km il-flokk roża għadda għand Simon Clarke mingħand Michael Matthews tal-istess tim ta’ Orica GreenEdge.
Il-favorit overall Alberto Contador spiċċa mingħajr kollegi fit-tim meta mexxa waħdu l-isfida ta’ Astana fuq quddiem imma rnexxielu jevita l-ħsara bl-Ispanjol jispiċċa 22 sekonda wara l-grupp li kien jinkludi lil Clarke u Richie Porte ta’ Team Sky.
Illum issir l-ewwel tappa proprja fil-muntanji sa Abetone.
//= $special ?>