Il-Viċi Sindku fil-Kunsill Laburista ta’ Marsaskala Desiree Attard ma taqbel xejn mal-iżvilupp propost mill-Gvern fiż-Żonqor u ssotni li n-nies ta’ Marsaskala huma kontra dan il-pjan tal-Gvern Laburista.
F’kummenti li xxandru llum waqt il-programm Follow-Up fuq Radio 101 Attard ħadet pożizzjoni li hija kontra dak li stqarr is-Sindku Mario Calleja li ħareġ jiddefendi dan l-iżvilupp.
Il-Viċi Sindku kienet ċara fi kliemha. “Jien ma naqbel mal-ebda żvilupp li jsir fuq art ODZ. Irridu niftakru li din l-Universita’ se tieħu 1% mill-art agrikola tal-pajjiż. Li mhix ċajta!”
Il-Viċi Sindku Laburista rrimarkat il-fatt li fl-aħħar jiem kienu bosta dawk li kellmuha fuq dan il-pjan tal-Gvern li se jfisser żvilupp kbir ta’ bini fl-inħawi ta’ Żonqor Point. “In-nies qaluli, x’iġifieri ma smajna xejn fuq dan il-proġett?” U kompliet tispjega li ħafna nies huma assulutament kontra l-proġett għax se jkun qed ikisser il-ġmiel naturali ta’ Wied il-Għajn.
//= $special ?>