Raġel residenti f’Bangladesh li kien jikteb il-blogs bil-messaġġi sekulari għall-websajt Mukto-Mona spiċċa mbiċċer taħt idejn irġiel mgħammdin u armati bis-skieken kbar. Id-delitt seħħ fil-belt ta’ Sylhet, lejn il-Grigal tal-pajjiż.
L-attakk kien it-tielet azzjoni qattiela kontra l-bloggers f’Bangladesh mill-bidu tas-sena ‘l hawn.
Il-Pulizija qalu li l-vittma, Ananta Bijoy Das, kien jaħdem mal-istess websajt li kellu lil Avjit Roy, blogger rinomat imwieled l-Istati Uniti, bħala l-moderatur. Roy kien messu l-istess destin brutali ta’ Bijoy Das fi Frar li għadda u fejn spiċċa jħallas b’ħajtu talli kien jikkritika l-intolleranza reliġjuża.
//= $special ?>