…u l-Ministru Cardona ma jweġibx jekk pulizija ngħatax kariga fil-Freeport
Il-Ministru għall-Enerġija u Saħħa Konrad Mizzi kkonferma fil-Parlament li fis-Segretarjat Privat tiegħu hemm membru tal-Korp tal-Pulizija u li dan it-trasferiment mill-Pulizija għall-Ministeru kien approvat.
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament kemm mill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Intern, Carmelo Abela; kif ukoll mill-Ministru Konrad Mizzi fi tweġibiet li taw lix-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Għal mistoqsijiet parlamentari li saru xahrejn ilu, il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb li t-trasferiment ta’ membru tal-Pulizija għas-Segretarjat Privat fil-Ministeru tiegħu, ġie approvat skont ir-regoli tas-servizz pubbliku.
Għall-mistoqsijiet tax-Shadow Minister biex tingħata r-raġuni, u min ta l-permess biex membri tal-Korp tal-Pulizija jaħdmu fil-customer care f’Segretarjat Privat ta’ Ministeru, il-Ministru Carmelo Abela, responsabbli għall-Korp tal-Pulizija, ikkonferma li hemm persuna waħda membru tal-Korp li bħalissa qegħda taħdem bħala parti mis-Segretarjat tal-Ministri preżenti.
Il-Ministru Abela ma ta ebda raġuni u lanqas min ta l-permess għal dan it-trasferiment.
Għal mistoqsija parlamentari oħra li saret minn Jason Azzopardi, il-Minstru Chris Cardon ma weġibx dwar jekk il-kariga ta’ chief security officer, jew kariga simili fil-Freeport, hix okkupata minn membru tal-Korp tal-Pulizija, u jekk iva jgħid jekk l-impjieg sarx b’sejħa pubblika jew le.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar wieġeb li risposta tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>