Il-Liġi dwar l-għarfien tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija waslet fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament, iżda l-Assoċjazzjoni għal Persuni Neqsin mis-Smigħ qed tappella lill-Gvern biex fl-abbozz ta’ liġi jsiru t-tibdiliet proposti mill-Assoċjazzjoni.
Għalhekk l-Assoċjazzjoni organizzat konferenza tal-aħbarijiet biex twassal il-messaġġ tagħha dwar din il-liġi.
Mill-konferenza tal-aħbarijiet ħareg kif jumejn qabel ma’ l-liġi nqrat fil-Parlament l-assoċjazzjoni kellha laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Justyne Carunana. Laqgħa li huma ddeskrivewha bħala ta’ malajr , ta ftit minuti u għalhekk ma kellhomx ċans jagħtu l-proposti tagħhom biex ikunu inkorporati fil-liġi.
Il-persuni neqsin mis-smigħ qed jappellaw lill-Gvern biex fil-Kunsill tal-lingwa tas-sinjali Maltija jkun hemm persuni li huma neqsin mis-smigħ u li jifmhu l-lingwa tas-sinjali biex jifmhu aħjar l-bżonnijiet u l-isfidi li dawn il-persuni jiltaqgħu magħhom.
Huma qed jgħidu wkoll li l-kunsill ikollu flus allokati mill-Gvern biex ikun jista jiffunzjona
Hemm bżonn wkoll ta’ interpreti hekk kif f’pajjiżna minn erbgħa spiċċa hawn biss tnejn. Dan wara diżgwid li kellhom mal-Gvern hekk kif l-interpreti spiċċaw fuq bażi ta’ kuntratt, jiġifieri, self employed. Hu kien hemm min ma aċċettax.
L-Assoċjazzjoni sostniet li hi taqbel li f’pajjiżna jkollna l-lingwa uffiċjali tas-sinjali Maltija iżda jiddispjaċijha li għal din il-liġi qatt ma ġiet avviċinata.
Qabel ma’ Justyne Caruana nħatret bħala Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, din il-li’i kienet diġa tfasslet mill-Professur Kevin Aquilina, meta Franco Mercieca kien għadu ma rriżenjax minn Segretarju Parlamentari. Iżda d-dokument li tfassal mill-professur Aquilina, li sar b’konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni twarrab biex sar abbozz ieħor ta’ liġi mingħajr ma l-assoċjazzjoni għal persuni neqsin mis-smigħ ma kienet avviċinata.
//= $special ?>