“Terbaħ 1000 sterlina jekk tibgħatilna ritratt tiegħek bil-bikini.”
Dan huwa messaġġ li rċievew diversi Maltin fuq Facebook minn profil falz bl-isem ta’ Jana Vella.
‘Jana Vella‘ huwa l-isem ta’ profil falz biex iħajjar tfajliet Maltin jibgħatu stessu jew ritratt bil-bikini u jerbħu 1000 sterlina u tablet.
Il-persuna wara dan il-profil falz qed tgħid lit-tfajliet li qegħda taħdem għall-kumpaniija tal-Modeling Maltija ‘Vipaj‘, li hi mmexxija minn Janice Azzoppardi.
Biex il-persuna vera wara ‘Jana Vella‘ tikkonvinċi lit-tfajliet biex jibgħatulha ritratti bil-bikini, ‘Vella‘ saħansitra bagħtet ritratti ta’ persuni għarwenin biex turi x’tip ta’ ritratti qed tistenna li tirċievi.
Is-sidt tal-kumpanija Vipaj, Janice Azzoppardi tinsab urtata li persuna bi profil falz qed tuża’ l-isem tal-kumpanijja tagħha biex tirċievi ritratti bil-bikini.
Madankollu ddikjarat li dawn il-messaġġi huma foloz u qarrieqa u għalhekk fuq Facebook qed jitmexxa appell biex ħadd ma jibgħat ritratti ta’ dan it-tip
//= $special ?>