Deskritt bħala “Missier id-Demorkazija u l-Libertà f’Malta”, Eddie Fenech Adami llum intlaqa fil-bini tal-Parlament il-ġdid mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Fid-diskors ta’ introduzzjoni għal-laqgħa bejn it-tnejn fl-Uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hu sinifikattiv li propju llum, f’għeluq it-28 sena minn meta Eddie Fenech Adami ħa l-ġurament bħala Prim Ministru fit-12 ta’ Mejju 1987, hu kien qed iżur il-Parlament il-ġdid.
Simon Busuttil, li sejjaħ lil Fenech Adami “Missier id-Demokrazija f’Malta”, sostna li hu propju minħabba r-rabta bejn Eddie Fenech Adami, id-demokrazija u l-libertà, li hu bħala Kap tal-Oppożizjzoni u tal-Partit Nazzjonalista kien qed jilqa’ lil Eddie Fenech Adami fid-Dar il-ġdida tad-Demokrazija.
Min-naħa tiegħu, il-President Emeritus Eddie Fenech Adami qal li dan il-bini ġdid għandu jġib qabża fil-kwalità, filwaqt li appella biex din il-binja tgħin fit-tisħiħ tad-dibattitu u tad-demokrazija fil-pajjiż.