Futbol Sport

Unur ieħor għal Hazard

Eden Hazard ta’ Chelsea ġie vvutat l-aħjar plejer tas-sena mill-Għaqda Kittieba Sports (FWA) fl-Ingilterra biex żied mal-unur li rebaħ tal-Assoċjazzjoni tal-Plejers Professjonali f’April.

Il-Belġjan ta’ 24 sena kiseb 53% tal-voti minn aktar minn 300 ġurnalist li vvutaw.

L-attakkant ta’ Tottenham Harry Kane temm it-tieni waqt li sieħeb Hazard u captain ta’ Chelsea John Terry spiċċa t-tielet.

Hazard li ngħaqad ma’ Chelsea fl-2012 skorja 20 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun maċ-Champions.
“Il-lista ta’ unuri tal-Għaqda hi twila u Hazard jimmeritah ikun fiha,” qal iċ-Chairman tal-Għaqda Kittieba Sports, Andy Dunn tas-Sunday Mirror.