Kumpanija li fl-aħħar sentejn, minn Ministeru wieħed diġà akkwistat b’tenders u b’direct orders fl-ammont ta’ aktar minn kwart ta’ miljun ewro, ingħatat ukoll aktar xogħlijiet minn Ministeru ieħor b’valur ta’ €20,430.
Din l-informazzjoni qed toħroġ minn mistoqsijiet parlamentari tal-Oppożizzjoni mressqa mix-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa jekk din il-kumpanija, Tec Limited, ingħatatx xogħol b’tenders jew b’direct order mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa.
Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb li x-xogħol li ngħatat kien b’rabta ma’ armar u żarmar ta’ gazebos għal konferenza dwar l-enerġja li saret f’Lulju li għadda. Ingħatat ukoll xogħol ta’ kiri ta’ tined temporanji għall-istorage.
Il-Ministru Konrad Mizzi ma weġibx iżda jekk ix-xogħol li ta l-Ministeru tiegħu, sarx b’direct order jew b’offerta.
Fis-sentejn ta’ dan il-Gvern, Tec Limited, minn aktar minn kwart ta’ miljun ewro f’xogħol li għamlet lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali; aktar minn €179,000 minnhom ingħataw b’direct order.
//= $special ?>