Ritratt : Amber fuq it-taħriġ vokali
Il-libsa li se tilbes il-kantanta Maltija Amber, għas-serata tal-Eurovision fi Vjenna, se tiġi żvelata iktar tard illum hekk kif issir l-ewwel prova sħiħa fuq il-palk tal-festival tant mistenni.
Amber flimkien mad-delegazzjoni Maltija fi Vjenna dalgħodu bdiet taħdem fuq taħriġ vokali fil-lukanda. Iktar tard illum, id-delegazzjoni Maltija mistennija żżur għall-ewwel darba l-arena fejn se jsir il-festival biex tibda tipprepara għall-ewwel prova.
Amber mistennija titla’ fuq il-palk illum għall-ħabta tat-3pm u iktar tard, tiltaqa’ mal-ġurnalisti fiċ-ċentru għall-istampa. F’din l-ewwel prova fuq il-palk, il-kantanta Maltija mistennija tkun liebsa l-libsa li mbagħad tilbes fis-serata propja, u li tirrifletti l-messaġġ tal-kanzunetta “Warrior”.
//= $special ?>