DIXXIPLINA: Qormi se jkunu mingħajr Billy Berntsson għas-semifinali mill-FA Trophy kontra Hibs waqt li l-gowlkiper Pietro Marino ta’ Valletta se jitlef is-semifinali kontra Birkirkara.
Dan wara li l-Kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA issospenda liż-żewġ plejers għal partita kull wieħed wara l-aħħar logħba tal-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa l-oħra.
Peress li t-timijiet taż-żewġ plejers għadhom impenjati fit-tieni l-akbar kompetizzjoni tal-istaġun Malti u peress li l-kampjonat spiċċa, jridu jiskontaw din is-sospensjoni fit-Trophy.
Sadanittant plejer ieħor sospiż fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat hu Orosco Anonam ta’ Pietà Hotspur li se jkollu jiskonta din is-sospensjoni l-istaġun li ġej.
//= $special ?>