Il-Ministru Cardona f’silenzju dwar l-impjiegi fil-Ministeru tiegħu fuq il-mertu ta’ positions of trust
Il-Ministru Chris Cardona ilu tliet xhur, mill-bidu ta’ Frar, biex iwieġeb mistoqsija parlamentari b’rabta mal-impjiegi li saru fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, u li ddaħħlu fuq il-mertu tal-fiduċja tiegħu, dak li l-Gvern isejjaħ bħala “positions of trust”.
Fid-9 ta’ Frar li għadda, ix-Shadow Minister Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu.
Fi tweġiba li ta Fi Frar stess, ġimagħtejn wara, il-Ministru Cardona qal li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra. L-istess mistoqsija tressqet mill-ġdid mix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni bit-tama li l-Ministru jkun f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. It-tweġiba ngħatat f’nofs Marzu u li fiha ntqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar.
Għat-tielet mistoqsija li fiha Jason Azzopardi talab l-istess informazzjoni lill-Ministru Cardona f’tentattiv ieħor biex jinkiser is-silenzju, it-tweġiba kienet bħall-ewwel risposta li kien ta – dik li “r-risposta tingħata f’seduta oħra”.
//= $special ?>