Iċ-Ċina u r-Russja din il-ġimgħa eżerċizzji navali fil-Mediterran li mistennija jintemmu fil-21 ta’ Mejju.
Minkejja li r-Russja qed tassigura li dawn mhumiex indirizzati kontra xi pajjiż partikolari u m’għandhom x’jaqsmu xejn mas-sitwazzjoni politika fir-reġjun, dawn l-eżerċizzji militari qed inqanqlu ċertu tħassib speċjalment wara d-diviżjoni ċara bejn il-pajjiżi tal-Punent u tal-Lvant wara l-parata ta’ tmiem il-ġimgħa f’Moska.
Ħafna qed jinterpretaw dan l-eżerċizzju bħala sinjal, iktar u iktar wara li ċ-Ċina tat x’jifhem li Franza qed tikkunsidra tbiegħilha bastiment militari “Mistral” li f’Shanghai diġà waslu tnejn minnhom. Is-sanzjonijiet internazzjonali jipprojbixxu lil Franza milli tbiegħ dan il-vapur lir-Russja imma skont il-Gvern Russu, Franza ma tistax tbiegħhom lil pajjiżi terzi mingħajr l-appoġġ tagħha.
Skont il-Ministru tad-Difiża Russu, Anatoly Antonov, fil-Mediterran bħalissa hemm 10 bastimenti militari Russi u Ċiniżi bl-iskop li ż-żewġ pajjiżi jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom flimkien biex jiġġieldu t-theddid għas-sigurtà tal-baħar, iħarsu ż-żamma tal-paċi u jorjentaw irwieħhom għal kontra t-terroriżmu u l-piraterija.
//= $special ?>