Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum, it-13 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON bl-istorja tal-każ li tilef John Dalli fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, u ritratt li juri l-ħsarat li ħalla warajh it-terremot tal-bieraħ fin-Nepal.
THE TIMES OF MALTA tieħu l-kummenti tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit illi qed jinsisti li mexa sew meta waqqa l-akkużi fil-konfront ta’ eks klijent tiegħu fiż-żmien meta Zammit kien qed imexxi l-Korp.
Il-gazzetta MALTA TODAY tkompli ssegwi l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Anthony Dalli, u L-ORIZZONT jgħid li fil-Qorti t’Għawdex ilbieraħ tressqu l-ewwel provi f’dan il-każ.
THE MALTA INDEPENDENT fi stqarrija fil-faċċata tiċħad allegazzjonijiet li għamel John Dalli kontra din il-gazzetta, fejn l-eks Kummissarju Ewropew għamel akkużi li qed isir komplott apposta biex jitħammeġ ismu.
//= $special ?>