Lokali

Isofri feriti gravi wara li waqa’ minn skylight

Raġel ta’ 64 minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’residenza privata f’Ħaż-Żabbar stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12.45pm fi Triq il-Kappuċċin meta r-raġel kien fuq il-bejt tar-residenza u għal xi raġuni waqa’ minn skylight f’għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Fil-post issejħu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel fil-post. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.