Lokali

Jinqbad mill-Pulizija wara ‘car chase’

Oivend Xuereb, li kien qed isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga u li kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija, instab mill-Pulizija wara ‘car chase’ fl-inħawi tal-Gżira u Tas-Sliema tard illum waranofsinhar.

Xuereb kien ġie rrappurtat nieqes u ntlemaħ l-aħħar fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq nhar it-8 ta’ Mejju. Hu ħarab waqt li kien taħt il-kustodja tal-Caritas.

Ir-raġel inqabad mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u minn membri tar-Rapid Intervention Unit. Hu ntlemaħ fl-inħawi ta’ Rue d’Argens f’Tas-Sliema u minkejja li pprova jaħrab, il-Pulizija rnexxielha taqbdu wara ftit ħin.

Fi stqarrija, l-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku li matul l-aħħar ġimgħa ta l-assistenza tiegħu.