B’effett mill-bidu ta’ din il-ġimgħa, fil-Korp tal-Pulizija twaqqfu mill-ġdid żewġ Taqsimiet li kienu nħattew mill-istess Gvern Laburista fl-2013, meta l-Korp kien immexxi mill-eks Ministru Manwel Mallia u mill-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.
Iż-żewġ Taqsimiet imwaqqfa mill-ġdid huma l-Mobile Squad u t-Taqsima Speċjalizzata SWAT, li se tkun qed tieħu post l-SAG. Oriġinarjament, il-Gvern preżenti wiret Korp tal-Pulizija li fih iż-żewġ Taqsimiet mill-aktar importanti kienu jaħdmu tajjeb ħafna.
Madankollu, b’ebusija tar-ras u biex jagħti l-impressjoni li qed jagħmel xi ħaġa, il-Gvern Laburista żarma dawn iż-żewġ Taqsimiet u minflokhom introduċa r-Rapid Intervention Unit (RIU).
//= $special ?>