HANDBALL: Għall-ħames staġun konsekuttiv it-tim tal-bniet tal-Handball ta’ Kavallieri RS2 rebaħ il-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena. Din is-sena t-tim rebaħ il-partiti kollha tiegħu b’differenza kbira ta’ gowls u temm l-istaġun bħas-snin ta’ qabel, bla telfa.
It-tfajliet li kienu rebħu din il-kategorija ħames snin ilu, llum qed jiffurmaw parti mit-tim tal-kbar ta’ Kavallieri fit-Tieni u l-Ewwel Diviżjoni waqt li l-maġġoranza tat-tfajliet f’din l-iskwadra huma wkoll parti mit-tim nazzjonali Malti.
Anke fil-kategoirja tas-subien Kavallieri reġgħu kienu nkurunati Champions tal-U/17 għat-tieni sena konsekuttiva u t-tielet darba fl-istorja tal-klabb.
It-tim tas-subien taħt it-tmexxija tal-kowċis Luke Zammit, Steve Psaila u Anthony Xuereb ukoll spiċċa l-kampjonat mingħajr telfa u rebaħ il-partiti kollha b’distakk kbir.
Kavallieri qed jinvestu ħafna xogħol fil-kategoriji tal-Youths bit-tama li jsaħħu t-tim tal-kbar fil-futur hekk kif issa l-klabb fetaħ ukoll skola tas-sajf fil-kulleġġ San Martin fis-Swatar u fl-Iskola Sekondarja tal-Mosta għal tfal bejn is-7 u l-11-il sena.
//= $special ?>