L-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) fi stqarrija kkundannat l-istrajk li se jsir għada ordnat mill-GWU speċjalment minħabba li l-istudenti għaddejijn bl-eżamijiet tal-MATSEC.
L-SDM qalet li tisħaq li għalkemm għandhom jiġu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema dan m’għandux ikun ta’ detriment għall-kumplament tas-soċjetà speċjalment għal dawk l-istudenti li m’għandomx mezz ieħor ta’ trasport.
Fl-istqarrija, l-SDM qalet li tinsab diżappuntata li minħabba dan in-nuqqas ta’ ftehim, l-istudent ħa jerġa’ jiżżeffen fin-nofs bla ma tigi provduta alternattiva oħra.
L-SDM appellat lill-partijiet konċernati biex jilħqu ftehim immedjatament biex l-ebda azzjoni ma tħalli impatt negattiv fuq l-istudenti u l-pubbliku inġenerali.
//= $special ?>