Lokali Parlament

Maħfra presidenzjali lil raġel li ma tax il-manteniment lil martu

Raġel li kien kundannat 15-il ġurnata ħabs wara li naqas li jagħti l-manteniment lil martu, ingħata maħfra presidenzjali.

Il-maħfra presidenzjali ngħatat fl-24 ta’ Jannar tas-sena l-oħra mill-Aġent President Dolores Cristina.

Din l-informazzjoni ngħatat u kienet ikkonfermata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici.