Il-Ministru Laburista Edward Zammit Lewis u d-Deputat Parlamentari Deborah Schembri ma eskludewx li fl-aħħar sentejn saru xogħlijiet fil-privat minn Ħaddiema u b’materjal tal-Gvern.
F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, tkellmu dwar is-sensiela ta’ abbużi f’Għawdex fl-aħħar sentejn ta’ Gvern Laburista, meta l-media rrappurtat numru ta’ każi ta’ abbuż fejn Ħaddiema tal-Gvern intbagħtu jagħmlu xogħol fil-privat u fihom intuża’ wkoll materjal tal-Gvern.
Edward Zammit Lewis u Deborah Schembri qalu li kulmin għandu informazzjoni dwar allegati abbużi bħal dawn għandu jmur għand l-awtoritajiet konċernati u jirrapporta l-abbużi ħalli l-Kummissarju tal-Pulizija jkun jista’ jinvestiga.
Mistoqsija jekk fil-verità l-Kummissarju tal-Pulizija huwiex jinvestiga r-rapporti li saru fil-media, Zammit Lewis u Schembri qalu li ma jindaħlux fix-xogħol tal-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-investigazzjonijiet li jkun qed jagħmel.
Fil-jiem li għaddew, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħass ma setax iwieġeb ċerti Mistoqsijiet Parlamentari dwar dan l-allegazzjonijiet minħabba li l-Pulizija ta’ Kontra l-Frodi elevaw files mill-Ministeru li jmexxi hu.
//= $special ?>