Tliet kuntistabbli tal-pulizija li jiffurmaw parti minn stakkament assenjat mas-sigurtà tal-Parlament, kienu strumentali sabiex waqt ronda ta’ billejl madwar il-binja tal-Parlament is-Sibt li għadda, inqabdet persuna li allegatament daħlet bl-intenzjoni li tikkommetti reat ta’ serq f’uffiċċji tat-Teatru Rjal li jinsabu fil-viċinanzi immedjati tal-bini tal-Parlament.
B’rikonoxximent tax-xogħol imwettaq mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, Anġlu Farrugia, President tal-Kamra tad-Deputati, bagħat ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, fejn irrakkomanda lil dawn it-tliet kuntistabbli tal-pulizija għad-dedikazzjoni murija fuq ix-xogħol u lejn id-doveri tagħhom.
//= $special ?>