Internazzjonali

Twissija dwar it-theddida tal-ISIS għal Malta u l-Italja

Il-Gvern Taljan qal li hu m’hu qed jeskludi xejn dwar it-twissija li għamel Omar al Gawari, il-Ministru tal-Informazzjoni tal-Gvern Libjan bażat f’Torbuk, iżda kien ftit xettiku dwarha.
Twissja li fiha qal li fil-ġimgħat li ġejjin membri tal-ISIS aktarx kienu se jippruvaw jiżbarkaw f’Malta u l-Italja moħbija fost l-immigranti.
Imma Angelino Alfano, il-Ministru tal-Intern Taljan, qal li hu ftit xettiku minn din it-twissija u l-Italja ma kelliex ħjiel ta’ terroristi fost l-immigranti u dan hu konfermat mill-investigazzjonijiet kontinwi li qed isiru mill-awtoritajiet Taljani. Imma minkejja dan qal li wieħed ma seta’ jeskludi xejn u żied li l-forzi tas-sigurta Taljan kienu u għadhom fuq l-allert massimu speċjalment tul il-fruntieri u portijiet.