Internazzjonali

29 sena l-ħabs u innoċenti, il-ħati kien jixbhu

Michael Kenneth McAlister, ta’ 58 sena, għadda 29 sena l-ħabs akkużat li fl-1986 ipprova jwettaq stupru.

Il-ħtija vera tiegħu kienet biss li kien jixbah ħafna, anzi mqaxxar, fuq Norman Bruce Derr li wara daqstant żmien ammetta l-ħtija tiegħu.

Il-Gvernatur ta’ Virginia, Terry McAuliffe, ħeles lil McAlister li kien għadu kemm skonta l-piena tiegħu imma kellu jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mid-“dipendenza tiegħu sesswali”.