Hekk kif il-ħaddiema tat-trasport pubbliku bdew it-tieni nofs ta’ nhar tal-istrajk ordnat mill-General Workers Union, kompliet teskala t-tensjoni li bdiet fi tmiem l-ewwel nofs ta’ nhar tal-istrajk. Dan hekk kif ftit wara li fl-4pm kompla l-istrajk, żewġ xufiera ġew fl-idejn.
Fl-argument, wieħed minnhom jispiċċa jaqla daqqa ta’ ponn f’wiċċu. Kawża ta’ dan, hu kellu jittieħed il-Poliklinika tal-Furjana għall-kura. Ix-xufier l-ieħor ittieħed l-Għassa tal-Belt biex jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Kien l-intervent f’waqtu tal-Kuntistabbli Joseph Mangion (PC1464) mill-Għassa tal-Belt u li kien jinsab ftit tal-metri bogħod minfejn seħħ l-inċident biex waqqaf l-argument milli jkompli jeskala.
//= $special ?>