Lokali

Filmat: Il-mumenti tal-arrest ta’ Oivend Xuereb li kien maħrub mill-Caritas

Filmat esklussiv li rċieva dan is-sit fl-aħħar ħin juri l-mument li fih uffiċjali tal-Pulizija llokalizzaw u arrestaw lil Oivend Xuereb, żagħżugħ li kien ilu jien maħrub mill-Caritas f’Baħar iċ-Ċagħaq sa mit-8 ta’ Mejju.

Malli l-Pulizija sabu lil Oivend, l-Erbgħa wara nofsinhar, bdiet car chase sakemm iż-żagħżugħ inqabad u ġie arrestat fl-inħawi tal-Gżira u Tas-Sliema.

Ir-raġel inqabad mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u minn membri tar-Rapid Intervention Unit. Hu ntlemaħ fl-inħawi ta’ Rue d’Argens f’Tas-Sliema u minkejja li pprova jaħrab, il-Pulizija rnexxielha taqbdu wara ftit ħin.