Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 14 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON jippubblika storja oħra dwar xogħlijiet f’Għawdex li saru minn fondi pubbliċi fi propjeta’ privata – din id-darba, ħajt ta’ bitħa li inbena għal kanvasser ta’ Anton Refalo.
THE MALTA INDEPENDENT jitkellem mal-bdiewa li għandhom art fiż-Żonqor. Hum ajappellaw lill-Gvern biex ma jieħux l-għelieqi tagħhom.
THE TIMES OF MALTA tirrapporta f’dettall dwar l-istrajk li se jsir mix-xufiera tal-linja, fuq ordni tal-GWU.
L-ORIZZONT b’rapport dwar l-immigrazzjoni fejn naraw l-impenn li qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea għall-kwoti tar-refuġjati li għandhom jibdew jiġu riallokati f’kull pajjiż tal-UE.
//= $special ?>