Fuq Facebook, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia kritikat il-pjan tal-Gvern li jeqred art verġni f’Marsaskala biex jibni Universita’ Hija qalet li dan qed isir biss għal skop kummerċjali.
Marlene Farrugia kitbet hekk:
“Il-PL imur kontra dak li wieghed fil-programm elettorali, fejn jidhol il-harsien tal-ambjent.
Dak li konna nghajjru lill-PN bih fejn jidhol track record ambjentali, dak li kien hazin, issa permezz tal-media laburista u l-bella kumpanija, f’ daqqa wahda sar tajjeb!
Lill-Malti insallbuh u nbikkuh u nfaqqruh ghax jibni gorbog ODZ(ghax m’ghandux jaghmek hekk),
filwaqt li lill-barrani naghtuh jaghzel , ODZ u mhux, fejn irid jibni n-negozzju tieghu.
L-universita tista’ ssehh f’ siti ohra diga zviluppati.
L-art tal-poplu Malti m’ ghandhiex tibqa’ tigi misruqa u stuprara ghal ghanijiet kummercjali huma x’ inhuma.
QED JINSTELHU L- HAFNA biex IGAWWDU l-FTIT.”