Kaċċaturi San Ubertu, KSU, fi stqarrija, għamlitha ċara li ma taqbilx mal-użu ta’ art verġni għall-proġett tal-Universita’ Amerikana, propost mill-Gvern Laburista.
Il-KSU qalet li dan imur kontra tal-pożizzjoni tal-għaqda li tissalvagwardja l-ambjent u l-pajsaġġ ta’ pajjiżna.
Huwa għalhekk, ittenni din l-għaqda, li hi qed taħdem biex toħloq iktar pressjoni fuq l-awtoritajiet biex din l-art tkun protetta mill-iżvilupp, speċjalment minħabba li din l-Universita’ ma kinitx l-ewwel proġett propost f’din il-leġislatura li hu ta’ theddida għall-ambjent dejjem jiċkien ta’ pajjiżna.
//= $special ?>

