Il-Kamra tal-Kummerċ esprmiet nuqqas ta’ qbil mal-proposta li se tintuża żona ‘l barra miż-żona ta’ żvilupp għall-proġett ta’ universita’ ġdida.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ esprimiet appoġġ għall-investiment barrani f’Malta u iżda espremiet tħassib dwar il-proposta li l-iżvilupp għal università ġdida se jsir propju fuq żona ‘l barra miż-żona ta’ żvilupp. Filwaqt li enfażizzat l-importanza li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu llum ma jeffettwawx il-ġenerazzjonijiet futuri, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tinsab konvinta li l-proġett propost jista’ jsir f’żona oħra li ma tintużax fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Dan, sostniet il-Kamra tal-Kummerċ, iwassal biex l-art tintuża b’mod sostenibbli.
Il-Kamra tal-Kummerċ qablet mal-pożizzjoni espressa mill-Oppożizzjoni li għandhom jinsabu siti alternattivi għal dan il-proġett. Fl-istqrarija l-Kamra tal-Kummerċ qablet mal-proposta li jista’ jintuża l-bini tal-Isptar San Luqa jew sit simili. Min-naħa l-oħra l-Kaamra tal-Kummerċ sostniet li ma taqbilx li għandha tkun ikkunsidrata ż-żona fejn kien hemm il-fabbrika Dowty.
//= $special ?>