Il-Pulizija qed jinvestigaw każi ġodda ta’ xogħlijiet li saru fil-privat minn Ħaddiema tal-Gvern f’Għawdex. Jirriżulta li issa l-Pulizija qed tinvestiga xogħlijiet li saru fi pjattaforma tal-konkos f’ristorant f’Marsalforn u anke xogħlijiet fi propjetajiet privati fl-Għasri, fix-Xagħra, f’Għajnsielem, fil-Munxar u fir-Rabat.
Dawn l-investigazzjonijiet ġodda huma parti minn investigazjzoni aktar mifruxa li qed issir mill-Pulizija dwar xogħlijiet minn Ħaddiema tal-Gvern f’postijiet privati f’Għawdex fl-aħħar sentejn ta’ Gvern Laburista.
//= $special ?>