Knisja Lokali

Imniedi l-proċess tal-Beatifikazzjoni ta’ Mons Mikiel Azzopardi

L-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna nieda l-proċess li għandu jwassal għall-Beatifikazzjoni tal-Fundatur tad-Dar tal-Providenza Mons Mikiel Azzopardi.

Wara żjara fid-Dar, fis-Siġġiewi, l-Arċisqof ħabbar li kien għadu kemm talab lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef biex jitolbu formalment ħalli jibda x-xogħol li għandu jwassal għall-Beatifikazzjoni ta’ Mons Azzopardi.

Id-Dar tal-Providenza din is-sena qed tiċċelebra l-50 sena mill-ftuħ tagħha.